
Dr Alicia Bugeja Said twieldet ġewwa familja ta’ ħaddiema fl-Imġarr fl-1987. Wara li temmet l-istudju tagħha ġewwa Malta, hija kisbet dottorat mill-Università ta’ Kent fl-Inghilterra fl-2017. Sussegwentament, ġiet ingaġġata bħala post-doctoral ġewwa l-Kanada, u wara ġewwa Franza. Fl-2020, hija inħatret bħala Direttriċi tas-Sajd, fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ħarsien tal-Annimali.
Dr Bugeja Said qegħda tħares il-quddiem biex tilħaq il-viżjoni tagħha, fejn il-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala ikollhom ambjent sostenibbli fejn ikunu jistgħu isostnu l-għajxien tagħhom. Hija minn dejjem kienet viċin in-nies, għaliex temmen verament fit-trawwim tal-bidla vera, u fit-tibdil għall-aħjar tal-kwalità ta’ ħajja.
Bħala Direttriċi tas-Sajd, Bugeja Said tat diversi kontribuzzjonijiet f’setturi li minnhom hija kienet risponsabbli, u ħafna mix-xogħol li wettqet affettwa pożittivament lis-sajjieda. Il-Prim Ministru Robert Abela issa fdaha bir-responsabbiltà ta’ Segretarju Parlamentari.
Il-portafoll relatat mas-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jinkludi fih setturi esiġenti imma kruċjali għal pajjiżna. L-oqsma tas-sajd, l-akkwakultura u l-ħarsien tal-annimali jirrikjedu attenzjoni, biex jiġi massimizzat il-potenzjal tagħhom, filwaqt li jkunu preparati għad-diffikultajiet kollha li jiffaċċjaw.
Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said għandha tagħrif suffiċjenti biex issib soluzzjonijiet għall-problemi settorali. Bħala xjentista, hija lesta u ppreparata biex taħdem għall-industriji taħt il-mandat tagħha, għaliex hija tista tifhem l-isfidi li huma jiffaċċjaw.
Alicia Bugeja Said hija miżżewġa lil Malcolm. Flimkien, huma għandhom tifla, Margaux.
ALICIA BUGEJA SAID
Kandidata tal-Partit Laburista Fuq it-3 u 12 -il Distrett
Kull dritt Riservat © 2026 Alicia Bugeja Said